Ktejjeb ta’ ‘worksheets’ bil-Malti għat-tieni sena

writingF’dan l-artiklu se ssibu bosta ‘worksheets’ miġbura fi ktejjeb li jista’ jinħadem mit-tfal tat-tieni sena. Dan il-ktejjeb huwa maħdum fuq bosta temi.

 Għal min jixtieq li jiġbor dawn il-‘worksheets’ fi ktejjeb tistgħu tniżżlu l-qoxra u l-werrej tal-ktieb minn hawn: (Qoxra-u-Werrej).

Iftaħ il-kontenut (Kontenut) biex issib lista tal-attivitajiet li hemm f’dan il-ktejjeb.

It-temi prinċipali huma mniżżlin fl-ewwel kolonna tal-lista tal-kontenut. Kull tema principali terġa’ tinqassam f’temi sekondarji li huma imniżżlin fit-tieni kolonna tal-lista tal-kontenut. Fit-tielet kolonna wieħed isib l-attivitajiet li jiġu ttratati f’kull tema. Fir-raba’ kolonna wieħed isib il-paġna ta’ fejn jinsabu dawn il-‘worksheets’.

Għalhekk il-worksheets se jiġu mtella’ skond it-tema u l-paġna biex inkun aktar faċċli li tfittxu x-xogħol relevanti għalikom.     

L-ewwel taqsima hi dwar it-tema “Jiena” għaliex fil-bidu tas-sena tajjeb li nibdew ngħallmu lit-tfal f’kuntest li huma familjari miegħu. Din it-taqsima tinqassam f’bosta temi oħra fosthom:

  1. L-alfabet  (pg 001-004 Alfabet)
  2. Partijiet tal-ġisem (pg 005-006 Partijiet tal-gisem)
  3. Il-familja (pg 007-009 Il-familja)
  4. L-iskola (pg 010-011 Skola)
  5. Fil-klassi (pg 012-017 Fil-klassi)

It-tieni taqsima tal-ktejjeb tittratta dwar it-tema “Il-Ħarifa” għax inkunu wasalna f’dan iż-żmien tas-sena. F’din it-taqsima hemm bosta temi, fosthom:

  1. It-temp (pg 018-022 It-temp)
  2. Il-ħarifa (pg 023-024 Il-harifa)
  3. Il-pitirross (pg 025 Il-pitirross)
  4. Il-kuluri (pg 026-030 Il-kuluri)
  5. Ġenerali (pg 031-033 Din, dan, dawn, pg 034 Wiehed jew hafna)

It-tielet taqsima hija dwar “Il-Milied” u hawnhekk wieħed isib dawn it-temi li ġejjin:

  1. Ix-xitwa (pg 035-036 Ix-xitwa)
  2. Il-Milied (pg 037-040 Il-Milied , pg 042-043 Il-Milied _nomi_)
  3. Il-Babuxka (pg 041 Il-Babuxka)
  4. Il-ħwejjeġ (pg 044-046 Il-hwejjeg)

Fir-raba’ taqsima nsibu ħafna materjal dwar “L-Annimali”. Din hija tema li tintlaqa’ tajjeb ħafna mit-tfal u tinqassam f’dawn it-temi:

  1. Annimali fir-razzett (pg 047-049 L-annimali)
  2. Maskil u femminil (pg 050-053 Maskil u femminil)
  3. Iż-żgħar tal-annimali (pg 054-057 Iz-zghar tal-annimali)
  4. Id-djar tal-annimali (pg 058-061 Id-djar tal-annimali)
  5. Ħsejjes tal-annimali (pg 062-065 Il-hsejjes tal-annimali)
  6. Annimali selvaġġi (pg 066-068 Annimali selvaggi)
  7. Niddeskrivu l-annimali (pg 069-071 Niddeskrivu)

Hemm żewġ paġni dwar “Il-Karnival” u dwar “L-Għid” (pg 072-073 Karnival & L-Ghid)

Fil-ħames taqsima niddiskutu dwar “Il-ħwienet u l-ikel”. Permezz ta’ din it-taqsima, it-tfal jiġu konxji dwar ħwienet differenti u dwar ikel li hu bnin għas-saħħa. Din it-taqsima terġa’ tinqasam hekk:

  1. Ħwienet (pg 074-078 Tal-hanut)
  2. Il-frott (pg 079-085 Il-frott)
  3. Il-ħaxix (pg 086-088 Il-haxix)
  4. Il-piramida tal-ikel (pg 089-090 Il-piramida tal-ikel)

Fis-sitt taqsima nitkellmu dwar “Nies li jgħinuna” biex issa t-tfal isiru jafu aktar dwar in-nies ta’ madwarhom. Nitkellmu ukoll dwar “Il-ġranet tal-ġimgħa” u dwar “Il-Ħin”. Din it-taqsima tinqasam hekk:

  1. Nies li jgħinuna (pg 091-099 Nies li jghinuna)
  2. It-trasport (pg 100 It-trasport)
  3. X’tixtieq isir la tikber? (pg 101-103 Nies li jghinuna)
  4. Il-ġranet tal-ġimgħa (pg 104-105 Il-granet tal-gimgha)
  5. Il-ħin (pg 106-107 Il-hin)

Fis-seba’ taqsima nitkellmu dwar “Ir-Rebbiegħa” u “Annimal żgħar” li jibdew jidhru fil-ġonna tagħna f’dan iż-żmien sabiħ ta’ matul is-sena. Din it-taqsima tinqasam hekk:

  1. Annimali żgħar (pg 108-112 Annimali zghar)
  2. In-nannakola (pg 113 In-nannakola)
  3. L-artiklu (pg 114 L-artiklu)
  4. Ir-rebbiegħa (pg 115-119 Ir-rebbiegha)

Fl-aħħar taqsima nitkellmu dwar “Is-Sajf” li issa jkun wasal magħna. Din it-taqsima tinqassam hekk:

  1. Is-sajf (pg 120-125 Is-sajf)
  2. Materjal ġenerali li jservi ta’ reviżjoni (pg 126-129 Generali)

Nispera li ssibu dawn il-worksheets ta’ għajnuna għalikom. Ħajr immur lil Mrs. Louise Chircop u lil Ms. Alessandra Farrugia li taw kontribut siewi biex sar dan il-ktejjeb. Ħajr imur ukoll lil Mrs. Rosalba Catania tal-biċċa xogħol li ħadet biex tikkoreġi l-ortografija ta’ dan il-ktejjeb. Grazzi.

 

Xogħol ta’ Mrs Antonella Ferrante

29 Responses to “Ktejjeb ta’ ‘worksheets’ bil-Malti għat-tieni sena”


  • Hi Mrs. Ferrante, I have checked the web to help my son who attends Thi Lakin (year1)and I must say that your worksheets are the most useful I’ve met. Many thanks for sharing them on the net! Well done and keep up the good work! Whilst wishing you a Happy New Year to you and all your family, I hope you’ll have a good continuation of the scholastic year.

    Best regards,

    Roberta Darmanin B.Comm (Hons), MBA

  • Dear Ms Ferrante,
    I would like to thank you for sharing your work!
    Well done and keep it up!

    Best regards,

    Analisa Micallef

  • I found these worksheets to be very interesting and pupil friendly and thank you for sharing them with us. Keep up the good work. Prosit also to your colleagues for the helping hand.
    best wishes for the new year

  • Very interesting and useful worksheets. I will be using them with my son for consolidation purposes who attends a church school. Hope that similar worksheets will be uploaded for the other years as well. Both teachers and LSAs will find them useful.

    Doreen Said B.Ed(Hons); M.Ed

  • very well done.. they are very interesting. Thank you for sharing. Hope everyone starts to share!!

  • claudine attard pace

    Txs for sharing this work it is very usefull to parents like me trying to make up exercises for revision purposes. Looking forward to more of the same.

  • Well done! Very good worksheets. Thankyou for sharing.

  • Well done. Excellent work! Thanks for sharing

  • Well done Antonella. A very good workbook!!!

  • Hope that you will continue to do these things for childern!Good luck!!

  • A big well done to this awesome workbook. I am a LSA myself and I can appreciate all the hardwork you have put into this workbook. I am also a mother of a 7 year old and with your permission I would make good use of the workbook to help him with revision. Excellent work…keep it up!

  • Keep up the good work.Really useful.Thanks for sharing and once again WELL DONE.

  • A very big thank you and well done for these worksheets which I will find very useful with my own son and for my work as a LSA. Thank you for sharing your work. Keep it up ! WELL DONE.

  • Well done Antonella!!! You work is great!!!

  • Antonella Ferrante

    Thank you all for your kind comments. I’m glad this workbook is being useful for the benefit of teachers, parents and most of all the children themselves.

  • Thank you for sharing such useful material. As a parent I will surely find this material useful for the Summer holidays as revision work for my six year old daughter.

  • Nirringrazzjak minn qalbi ta’ dawn ir-rizorsi li zgur li jsibhom utli Luke f’dan is-Sajf li gej.

    Nirringrazzjak mill-gdid

  • Thank you for the brilliant work – you have covered so many topics in such an interesting way for children. It is perfect for summer revision and I am sure a lot of children will benifit from your hard work!

  • Prosit hafna ta dawn il worksheets, vera sibthom utli biex naghmel ftit revizjoni tal Malti lit-tifel tieghi li jattendi skola primarja u tiela fit-tielet sena. Xoghol eccellenti. U grazzi mill-qalb talli qsamtu maghna l genituri!!!!!

  • I have already met you in person and congratulated you on a wonderfuljob publishing these works.

    Keep up the good work
    They have helped me with my lesson planning. :)

  • Michelle Attard Tonna

    Well done Antonella. I am using these with my daughter, thanks for sharing. Excellent work indeed.

  • Antonia Farrugia

    I wish to have a copy of this booklet. Is it possible if you send it by e-mail and I will download it. Thanks

  • This work is simply wonderful. Thanks so much for sharing this work which i’m sure took a lot of your time to do it. Thanks again. my daughter will surely benefit from it this summer.

  • i have a 6 year old girl, she’s in grade 2 and think it would be suitable for revision during summer holidays.

  • Very well done! Excellent work, I say as you don’t find a lot of worksheets in the Maltese language. Thanks a lot.

  • Mrs Ferrante, nirrangrazzjak talli qsamt dawn ir-riżorsi utli mmens.

  • Could you please tell me from where I can download this book. Thanks Antonia

  • Ms. Ferrante grazzi hafna ta’ dan il-workbook. Sibtu ferm utli ghal studenti barranin li nghallem fis-sekondarja. Prosit tassew!

  • Filwaqt li nerga’ nirringrazzjak ta’ dan is-set ta’ worksheets, li sibthom utli hafna , nixtieq nistaqsi jekk tafx b’xi haga bhal dawn imma ghat-tielet sena jekk joghgbok?

Leave a Reply