Tag Archive for 'hsejjes'

Il-Mużiċisti ta’ Bremen

L-istorja, Il-Mużiċisti ta’ Bremen hija storja ħelwa dwar annimali li juru x’jafu jagħmlu meta sidhom jkeċċihom għax ma għadhomx kapaċi għax xogħol.

L-istampi tal-powerpoint huma skenjati mill-ktieb bl-istess isem, ippubblikat minn Peter Haddock Ltd, Bridlington, England. L-istorja hija maqluba għall-Malti.  Dan il-ktieb huwa wieħed mis-sensiela Fantasy Land Fairy Tales.

Il-powerpoint huwa akkumpanjat mill-istorja f’Word document.  Hemm ukoll tliet powerpoints oħra dwar il-ħsejjes, ż-żgħar ta’ l-annimali u r-rispett lejn l-annimali.  Barra minn hekk hemm lista tal-familji tal-annimali u tiftixa. 

Din it-tema hija waħda popolari ħafna mat-tfal tat-tielet sena.

Mtella’  minn:                                                                                      cover

Carmen Degabriele

Il-muzicisti ta’ bremen

Lehen l-annimali

Zghar

rispett lejn l-annimali

Annimali u c-ckejknin

Il-muzicisti ta’ Bremen

tiftixa zghar

Ktejjeb ta’ ‘worksheets’ bil-Malti għat-tieni sena

writingF’dan l-artiklu se ssibu bosta ‘worksheets’ miġbura fi ktejjeb li jista’ jinħadem mit-tfal tat-tieni sena. Dan il-ktejjeb huwa maħdum fuq bosta temi.

 Għal min jixtieq li jiġbor dawn il-‘worksheets’ fi ktejjeb tistgħu tniżżlu l-qoxra u l-werrej tal-ktieb minn hawn: (Qoxra-u-Werrej).

Iftaħ il-kontenut (Kontenut) biex issib lista tal-attivitajiet li hemm f’dan il-ktejjeb.

It-temi prinċipali huma mniżżlin fl-ewwel kolonna tal-lista tal-kontenut. Kull tema principali terġa’ tinqassam f’temi sekondarji li huma imniżżlin fit-tieni kolonna tal-lista tal-kontenut. Fit-tielet kolonna wieħed isib l-attivitajiet li jiġu ttratati f’kull tema. Fir-raba’ kolonna wieħed isib il-paġna ta’ fejn jinsabu dawn il-‘worksheets’.

Continue reading ‘Ktejjeb ta’ ‘worksheets’ bil-Malti għat-tieni sena’